Tuesday, May 14, 2024

Antoine Du Bourg impekkabli fil-klassi Premier

Kenneth Vella

Aqra wkoll

F’idejn Redent Magro, Antoine Du Bourg rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret il-Ħadd waranofsinhar fil-korsa tal-Marsa, Din kienet riservata għal żwiemel mill-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m. Din għamlet parti mis-46 laqgħa tal-istaġun fuq għaxar tiġrijiet kollha tat-trott. Il-laqgħa nkludiet ukoll erba’ heats mill-kampjonat Johnnie Walker tal-klassi Gold fuq distanza qasira ta’ 2140m. Minn dawn għoxrin żiemel għaddew għas-semifinali. 

Fl-uniku tiġrija tal-aqwa klassi ġrew b’kollox tlettax -il żiemel. Antoine Du Bourg (Redent Magro) kien l-aktar żiemel veloċi wara l-karozza tat-tluq u mill-ewwel fetaħ vantaġġ minimu minn Dunbar (Cliferty Calleja) u Dandey De Godrel (Zairen Magri). Antoine Du Bourg kien b’saħħtu tul id-distanza kollha tat-tiġrija, qasam il-linja finali l-ewwel b’tul minn Aster Des Caillons (Charles Degiorgio) u Dandy De Godrel. Diablo d’Herfraie (Rodney Gatt) temm fir-raba’ pożizzjoni. Ir-rebbieħ kellu medja ta’ 1.15.3” fil-kilometru u għalih din kienet inkredibilment is-seba’ rebħa tas-sena. 

Fl-ewwel heat tal-klassi Gold, il-favorit Forjan (Redent Magro) biddel il-pass ftit metri biss il-bogħod mil-linja finali. Dan safa’ skwalifikat biex ir-rebħa ħaditha Diza Du Courtille (Ivan Stivala) li akkwistat l-ewwel suċċess f’Malta minn Triomphe Ferm (Kurt Saliba). It-tieni heat Gold kienet ikkaratterizzata minn dwell eċċitanti fl-aħħar metri bejn Dynamit Life (Kerstin Galea) u Eurythmic Sisu (Kevin Sciberras). Kien tal-ewwel li ħa t-tielet rebħa tas-sena.

Fit-tielet heat, Carhu (Redent Magro) irreġistra l-ewwel rebħa fi xtutna wara li rnexxilu jmur quddiem f’nofs id-dritta finali. Corky Ramirez (Paul Galea) ma fallix milli jieħu l-ħames rebħa tas-sena wara li kien kontinwament quddiem matul id-distanza kollha tar-raba’ u l-aħħar heat. Cessillac (Charles Degiorgio) temm warajh fit-tieni post. 

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Golden Noa (J. Buttigieg) Ħin – 3.24.7” (1.17.6”) 3. Casper Du Valo (D. Baldacchino) 4. High Handed (T. Demanuele) 

II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Festival Marlo (R. Gatt) Ħin – 3.26.1” (1.18.1”) 2. Hardi Du Doubs (P. Galea) 3. Banco Piya (A. Cortis) 4. Follow Vet (C. Camilleri) 

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Gamin De Source (P. Galea) Ħin – 3.23.5” (1.17.1”) 2. Givre Nonantais (Cherise Farrugia) 3. Midnight Passion (E. Bezzina) 4. Gabin De See (C. Camilleri) 

IV Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Falcon Du Hamel (M. Attard) Ħin – 3.25.6” (1.17.9”) 2. Erromanga (Cherise Farrugia) 3. Dieu d’Occagnes (P. Galea) 4. Just Be Proud (J. Gafa’) 

V Tiġrija. Ħeat Kampjonat Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Diza Du Courtille (I. Stivala) Ħin – 2.39.3” (1.14.4”) 2. Triomphe Ferm (K. Saliba) 3. Echo Du Palais (P. Galea) 4. Facto Turgot (D. Casha) 5. Esta (N. Baldacchino)  

Dynamit Life jirbaħ bi ftit man-naħa ta’ barra

VI Tiġrija. Ħeat Kampjonat Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Dynamit Life (K. Galea) Ħin – 2.41.3” (1.15.4”) 2. Eurythmic Sisu (K. Sciberras) 3. Diego Du Coudou (R. Gatt) 4. Delta De L’Erdre (C. Camilleri) 5. Star’s Fighter (L. Ghigo) 

VII Tiġrija. Ħeat Kampjonat Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Carhu (R. Magro) Ħin – 2.41.1” (1.15.3”) 2. Durga Des Valerins (Cherise Farrugia) 3. Calzac De Guez (N. Barbara) 4. Apache Reyor (Ch. Degiorgio) 5. Gringo Boko (C. Camilleri) 

VIII Tiġrija. Ħeat Kampjonat Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1.Corky Ramirez (P. Galea) Ħin – 2.42.3” (1.15.8”) 2. Cessillac (Ch. Degiorgio) 3. Diamant Rose (Cherise Farrugia) 4. Altonico (M. Debono) 5. Alinea (R. Micallef) 

IX Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Antoine Du Bourg (R. Magro) Ħin – 3.18.9” (1.15.3”) 2. Aster Des Caillons (Ch. Degiorgio) 3. Dandy De Godrel (Z. Magri) 4. Diablo D’Herfraie (R. Gatt) 

X Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m.  1. Waikiki Man (M. Falzon) Ħin – 3.23.9” (1.17.2”) 2. Pure Islet (K. Saliba) 3. Bonbon Bleu (J.C. Pace) 4. Crack De Bas (P. Galea) 

Sport