Tuesday, December 24, 2024

Antonin Barak segwit minn West Ham u Newcastle

Aqra wkoll

West Ham United jinsabu qabel Newcastle United fit-tellieqa biex jiffirmaw lill-midfielder ta’ Hellas Verona, Antonin Barak.

L-internazzjonali tar-Repubblika Ċeka ta’ 27 sena spikka għall-club Taljan, fejn skorja ħames goals u rreġistra tliet assists fi 15-il dehra tas-Serie A.

Barak jiffavorixxi ċaqliq lejn il-Hammers iktar milli Newcastle, hekk kif it-team ta’ David Moyes qed jikkompeti fl-Ewropa, filwaqt li l-Magpies jinsabu f’riskju ta’ relegazzjoni għaċ-Championship.

Il-football Ewropew ikollu ‘rwol ewlieni’ fid-deċiżjoni tal-midfielder, jekk jiddeċiedi li jħalli lil Verona f’waħda mit-twieqi tat-trasferimenti li ġejjin.

Barak ffirma biss kuntratt ta’ sentejn biex jingħaqad b’mod permanenti ma’ Verona f’Lulju, wara perjodu ta’ self b’suċċess minn Udinese, iżda l-wirjiet tiegħu f’dan l-istaġun huwa maħsub li ġibdu l-għajn tal-clubs tal-Premier League kif ukoll tal-ġganti tas-Serie A AC Milan u Inter Milan .

Il-midfielder huwa stmat minn Verona għal madwar €20m, madankollu l-Gialloblu jippreferu jistennew sa tmiem l-istaġun qabel ma jikkunsidraw bejgħ potenzjali.

Ekonomija

Sport