Friday, April 19, 2024

Antonio Conte ħerqan li jiffirma lil Nicolo Barella

Aqra wkoll

Il-manager il-ġdid ta’ Tottenham Hotspur Antonio Conte huwa ħerqan li jġib lill-midfielder ta’ Inter Nicolo Barella fit-Tramuntana ta’ Londra matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.

Conte kien ikkonfermat bħala l-manager il-ġdid ta’ Tottenham nhar it-Tlieta, u hu maħsub li t-Taljan se jingħata baġit ta’ trasferiment ta’ £150m biex itejjeb l-iskwadra.

Il-manager ta’ 52 sena identifika lil Barella bħala l-mira ewlenija, bl-internazzjonali Taljan ikun protagonista taħt il-manager ta’ esperjenza f’San Siro fl-istaġun li għadda.

Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena – marbut ukoll ma’ Liverpool u Manchester United – kien f’forma impressjonanti f’livell ta’ club dan f’dan l-istaġun, fejn skorja darba u pprovda sitt assists fi 11-il dehra fis-Serie A.

Inter bħalissa jinsabu f’taħditiet avvanzati ma’ Barella dwar ftehim ġdid, bil-midfielder ukoll se jiġi offrut il-faxxa ta’ captain fil-club.

Iċ-champions Taljani jinsabu f’pożizzjoni b’saħħitha fejn jidħol il-futur tat-Taljan, bil-kuntratt tiegħu f’San Siro se jibqa’ għaddej sa Ġunju tal-2024.

Sport