Sunday, December 22, 2024

Anzjan akkużat bi ħruq f’kontejner f’Ta’ Qali

Aqra wkoll

Emanuel Micallef, anzjan ta’ 77 sena residenti l-Mosta ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti u wieġeb mhux ħati li ta n-nar lil proprjetà u għarraq bosta oġġetti ta’ Kurt Curmi u Ronald Mallia fit-23 ta’ Lulju li għadda.

Il-Prosekuzzjoni qalet li kienet irċiviet rapport dwar ħruq f’kontejner li kien fih għodda fi Triq il-Mitjar, Ta’ Qali. Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest minħabba li dan l-arrest sar wara li l-pulizija raw kameras tas-sigurtà u għalhekk ma hemmx biża’ ta’ ntraċċi ta’ provi.

Min-naħa tagħha l-Prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba l-biża’ ta’ ntraċċ ta’ provi u għax il-vittma u l-imputat jafu lil xulxin.

Il-Qorti nnutat li l-anzjan kien ikkopera bis-sħiħ mal-pulizija u anke x-xhieda tiegħu diġà ngħatat waqt l-inkjesta li nfetħet.

Il-Qorti ordnat il-ħelsien mill-arrest b’għadd ta’ kundizzjonijiet.

Ekonomija

Sport