Saturday, December 21, 2024

Anzjan l-Isptar wara ħabta bejn mutur u karozza fin-Nadur

Aqra wkoll

Anzjan kellu jiddaħħal l-isptar wara li għall-ħabta tal-10.15am kien involut f’inċident tat-traffiku fin-Nadur Għawdex.

Kelliem għall-pulizija qal lil dan is-sit li l-inċident seħħ fi Triq Diċembru 13 meta sewwieq ta’ karozza li kienet wieqfa fetaħ il-bieba u sab lis-sewwieq tal-mutur ma’ wiċċu, bil-konsegwenza li tal-mutur tilef il-kontroll u waqa’ mal-art.

Il-karozza tal-għamla Suzuki Alto kienet misjuqa minn raġel ta’ 62 sena residenti n-Nadur filwaqt li s-sewwieq tal-mutur hu raġel ta’ 72 sena u wkoll residenti fl-istess lokalità.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li wara li taw l-ewwel għajnuna lill-anzjan ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar kura.

Il-kelliem għall-Pulizija qalilna li għalkemm il-kundizzjoni tal-anzjan s’issa għadha mhix magħrufa, hu eskluż li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.

Ekonomija

Sport