Anzjana ta’ 78 sena residenti n-Naxxar tinsab fil-periklu tal-mewt, wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-10:45 a.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Ġermanja fin-Naxxar.
Minn stħarriġ illi sar, rriżulta li l-vittma tilfet il-kontroll tat-Toyota Vitz li kienet qed issuq u ħabtet fi trakk li kien ipparkjat.
Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.