Monday, April 22, 2024

Anzjana ta’ 79 sena l-34 persuna li tmut bil-Covid-19; Tirriżulta pożittiva minn test li sarilha wara mewtha

Aqra wkoll

Anzjana ta’ 79 sena infettata bil-Covid-19 hija l-34 persuna li mietet infettata bil-Covid-19. Il-mara li mietet aktar kmieni llum, u li kienet residenti f’dar tal-anzjani, kienet identifikata bħala li kienet infettata bil-virus f’test li sarilha wara l-mewt tagħha.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li l-mara fis-26 ta’ Settembru li għadda kienet irriżultat negattiva għal test li kien sarilha bħala eżerċiżżju ta’ screening ta’ rutina.

Hija madankollu mietet jumejn wara u minn test li sarilha wara mewtha hija rriżultat pożittiva.

Il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li l-anzjana kienet tbati minn kundizzjonijiet mediċi oħrajn.

Sport