Monday, December 9, 2024

Jirkupraw 85 persuna oħra; Il-każi attivi jinżlu għal 517

Aqra wkoll

Minn 2,116-il swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa rriżultaw 29 każ ġdid ta’ Covid-19. Madankollu fl-istess ħin kienu 85 dawk il-pazjenti li rkupraw mill-virus. Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi issa niżel għal 517-il każ.

Filwaqt li l-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li kien hemm seba’ każi li kienu qraba ta’ persuni diġà infettati bil-Covid-19, kien hemm każ li kien ġie f’kuntatt ma’ każ ieħor pożittiv, każ ieħor mill-cluster tar-Residenza San Ġużepp fil-Fgura, żewġ każi kienu importati, żewġ każi ta’ tixrid tal-virus fuq il-post tax-xogħol, każ ieħor mill-cluster ta’ Paceville, u każ relatat ma’ attivitajiet soċjali.

Ekonomija

Sport