Tuesday, April 1, 2025

Anzjana ta’ 79 sena li tħobb tivjaġġa laħqet il-mira li żżur 193 pajjiż

Għadha b’saħħitha biex tkompli bl-avventura tagħha

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Storja interessanti hija dik tal-anzjana ta’ 79 sena, Luisa Yu, mill-Filippini dejjem xtaqet iddur id-dinja. Fil-fatt hija bdiet l-avventura tagħha bi żjara fl-Istati Uniti fuq ġita tal-istudenti meta kellha 23 sena. Minn hawn hija għamlet anke bidlet il-linja tax-xogħol tagħha biex saret aġent tal-ivvjaġġar. Fuq medda ta’ 50 sena hija marret f’diversi pajjiżi fl-Ewropa, fl-Ażja, fl-Afrika u fil-Lvant Nofsani. 

Luisa Yu qatgħet ix-xewqta fl-2023 meta saret waħda miż-żewġ Filippini rinkonoxxuti mill-komunità internazzjonali Nomad Mania bħala “UN Master”. Dan wara li hija rnexxielha żżur xejn inqas minn 193 stati membri tan-Nazzjonijiet Uniti (UN). 

Luisa għadha ħajja, għadha b’saħħitha u għadha tivvjaġġa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport