Monday, December 23, 2024

Anzjana Taljana ta’ 104 snin l-ixjeħ persuna li tfiq mill-coronavirus

Aqra wkoll

Mara anzjana Taljana li rnexxielha teħlisha mill-Influwenza Spanjola ta’ mitt sena ilu hija l-ixjeħ persuna fid-dinja li fieqet mill-coronavirus.

Ada Zanusso, li għandha 104 snin irnexxielha tirkupra mill-virus qattiel, bit-tobba jqisu l-każ tagħha bħala “sinjal ta’ tama”.

Zanusso, li hija omm ta’ erbat itfal, ġiet infettata bil-Covid-19 mid-dar tal-anzjani fejn toqgħod fi Biella, fit-Tramuntana tal-Italja.

L-anzjana aviluppat sintomi tal-marda nhar is-17 ta’ Marzu li għadda, u fost oħrajn kien qed ikollha problemi biex tieħu n-nifs.

Binha, Giampiero, qal li jissuspetta li ommu ġiet infettata bil-coronavirus kaġun tal-ammont kbir ta’ każi li kienu reġistrati fid-dar tal-anzjani fejn toqgħdo l-anzjana.

Ekonomija

Sport