Monday, May 13, 2024

“Apprezzajt li l-barranin bdew jieqfu u jaqraw” – Is-Sindku tal-Marsa

Aqra wkoll

Is-Sindku tal-Marsa b’ħidma kontra t-tixrid tal-covid-19 fil-lokalità

Fl-aħħar sigħat is-Sindku tal-Marsa Josef Azzopardi ppubblika ritratti ta’ parti mill-ħidma li għaddejja bħalissa fil-lokalità bil-ħsieb li jitnaqqas ir-riskju ta’ tixrid tal-covid-19.

Azzopardi spjega li din is-sitwazzjoni qiegħda tittieħed b’serjetà kbira min-naħa tal-Kunsill. Biex isostni dan huwa ppubblika ritratti li juru l-effett tad-deċiżjonijiet li qed jittieħdu.

Bankijiet fil-Marsa b’informazzjoni b’lingwi differenti

Inewsmalta għamel kuntatt mas-Sindku Josef Azzopardi li spjegalna li bħala Sindku sa mill-bidu nett bgħat email lill-kuntratturi biex ifakkarhom fid-doveri lejn il-ħaddiema tagħhom li jaħdmu fil-lokal biex jieħdu ħsiebhom billi jagħtuhom ingwanti u hand sanizers biex ikunu protetti.

Azzopardi spjega li fil-binja tal-Kunsill tnaqqsu bosta servizzi biex ikun hemm inqas kuntatt u b’hekk bdew jintużaw mezzi teknoloġiċi biex jingħata servizz lin-nies tal-lokal. Żied jgħid li ngħalqu l-grawnd u l-bandli fost miżuri oħra ta’ prekawzjoni. Fil-Marsa qed isir ħasil tat-toroq biex jiġu diżinfettati: toroq, pjazzez u ż-żoni tal-lokal fosthom Albert Town u ż-żona tal-Korsa. 

“Apprezzajt ħafna li rajt bosta immigranti jaqraw l-informazzjoni li qed inpoġġu mal-bankijiet”

Is-Sindku tal-Marsa Josef Azzopardi

Spjega li bħala Kunsill għamel it-talba li jinqata’ s-servizz tal-internet sa minn qabel li l-Ministru ħabbar din il-miżura. Kellimna wkoll dwar il-kisi tal-bankijiet b’informazzjoni b’lingwi differenti; informazzjoni dwar il-Covid-19 li qed toħroġ il-Ġnus Maqgħuda, u anki karti bl-aġġornament tal-liġi li qed joħorġu l-Aditus. 

Is-Sindku spjegalna li ħa pjaċir li sa ftit tal-ħin wara li twaħħlet l-informazzjoni mal-bankijiet kien hemm numru ta’ barranin li bdew jieqfu u jaqraw. Għal Azzopardi dan ifisser li l-għan li ma jpoġġux qed jintlaħaq fl-istess ħin s-sabiħ li qed tinformahom u twasslilhom l-informazzjoni jagħtik ċertu sodisfazzjon

Sport