Saturday, May 4, 2024

Persuna fl-aħħar stadji tat-tqala tirriżulta pożittiva għall-coronavirus

Aqra wkoll

Impjegata fl-istess shift tal-impjegat tal-LIDL li rriżulta pożittiv fl-aħħar jiem fost is-seba’ każijiet ġodda

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Professur Charmaine Gauci spjegat li minn fost 749 test li saru fl-aħħar sigħat kien hemm seba’ persuni li rriżultaw pożittivi għall-virus. B’hekk issa dawk konfermati infettati telgħu għal 202 persuni.

Dawn il-każijiet huma erbgħa relatati ma’ safar u tlieta relatati ma’ trasmissjoni lokali. Qabel għaddiet biex tispjega dwar dawn l-aħħar każijiet, Gauci ħabbret li s’issa saru ’l fuq minn 9,000 swab test u li dawn l-aħħar pazjenti jinsabu f’qagħda tajba ħafna. Rigward il-pazjenti l-oħra konfermati fl-aħħar jiem hija konfermat li baqa’ biss persuna wieħed li jinsab rikoverat fl-ITU, tmien persuni li jinsabu fl-IDU, 16-il persuna li jinsabu f’St Thomas hospital u li l-bqija jinsabu f’iżolament fir-residenzi tagħhom.

Każijiet impurtati: 

Raġel ta’ 55 sena li jgħix l-Ingilterra u li ġie lura lejn Malta fis-19 ta’ Marzu. Hu beda bis-sintomi fil-31 ta’ Marzu iżda kien fi kwarantina.

Mara Maltija ta’ 62 sena li kienet l-Awstralja u ġiet Malta mill-Ingilterra fl-20 ta’ Marzu. Hi bdiet fis-sintomi ta’ uġigħ fil-ġogi. Hija kienet fi kwarantina u ftit li xejn kellha kuntatti.

Mara Maltija ta’ 28 sena li taħdem l-Ingilterra. Hi kienet qiegħda fuq cruise u ġiet lura mill-Ingilterra fit-23 ta’ Marzu. Hi bdiet fis-sintomi waqt li kienet ġejja lura u għalhekk qed isir contact tracing fuq it-titjira. Bdiet turi sintomi ta’ sogħla.

Raġel ta’ 55 sena relatat ma’ cluster ta’ żewġ persuni oħra notifikati qabel li ġew mill-Ingilterra fl-14 ta’ Marzu. Hu beda bis-sintomi fit-23 ta’ Marzu u peress li kien fi kwarantina huwa każ kontrollat ukoll.

Każijiet ta’ trasmissjoni lokali:

Maltija ta’ 23 sena, kollega fl-istess shift tal-persuna li jaħdem fil-LIDL ta’ Ħal Safi. Is-sintomi bdew fl-1 t’April u ħadmet l-aħħar fit-30 ta’ Marzu. Dan juri li kienu diġà ttieħdu l-miżuri kollha li kien hemm bżonn inkluża d-diżinfettazzjoni tal-post. Il-post seta’ jiftaħ mingħajr riskju addizzjonali għall-klijenti.

Niġerjan ta’ 33 sena li ġie Malta f’Ottubru li għadda. Hu jgħix fl-Open Centre ta’ Ħal Far. Huwa ma kienx imur x-xogħol għax riċentament kellu inċident u b’hekk ma kienx hemm espożizzjoni barra miċ-ċentru. Sar risk assessment u  sitt persuni viċin tiegħu tpoġġew fi kwarantina mandatorja.

Taljana ta’ 36 sena residenti hawn Malta. Minn eżami ta’ rutina waqt ċesarja hija rriżultat pożittiva għall-virus. Hi ma kinitx qed tattendi għax-xogħol u għalhekk saru testijiet biss fuq il-familjari.

Sport