Il-Membru Ewroparlamentari Laburista Miriam Dalli f’dan il-video blog titkellem dwar l-allegazzjonijiet foloz li kienu saru fil-konfront ta’ pajjiżna minn ġurnal barrani. Il-ġurnal Taljan “La Repubblica” rrapporta kif hemm call logs f’idejn l-inkjesta maġisterjali u li dawn allegatament juru li persuna ċemplet lil Daphne Caruana Galizia b’rabta ma’ rapport li ppubblikat fuqu.
L-MPE Dalli tisħaq li hija tal-fehma li l-għan kien li r-rapport jimplika li l-Gvern għandu x’jaqsam mal-qtil makabru tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Ara l-video blog sħiħ…