Friday, May 3, 2024

ARA: “Ibbukkjaw il-biljetti tal-lukanda”… Klopp fiduċjuż li jerġa’ jwassal lil Liverpool fil-finali tal-UCL

Aqra wkoll

Il-kowċ ta’ Liverpool qiegħed iwiegħed lill-partitarji li mhix xi ħaġa diffiċli li jerġa’ jwassal lit-tim tiegħu sal-finali taċ-Champions League tas-sena d-dieħla.

Jurgen Klopp iddikjara dan fl-ewwel reazzjoni tiegħu għat-telfa minima ta’ 1-0 kontra Real Madrid li lbieraħ assiguraw l-14 il-tazza taċ-Champions League.

Klopp qal li għalkemm ovjament ħadd ma jieħu pjaċir jitlef, tajjeb li n-nies jifhmu l-progress li għamel it-tim tiegħu u li anke l-wasla tagħhom sal-finali kien tragward importanti. 

Minkejja li f’din it-tazza jilagħbu kontra xulxin l-aqwa timijiet, Klopp għamilha bħal fatta li s-sena d-dieħla t-tim tiegħu se jerġa’ jasal sal-finali….

“Fejn se tintlagħab il-finali s-sena d-dieħla… Istanbul? Ibbukkjaw il-lukanda”, kompla biex jgħid Klopp.

Sport