Saturday, May 4, 2024

ARA: Il-Pulizija twaqqaf it-tfittxija … tikkonferma li kienu żewġ persuni involuti

Żewġt irġiel isofru ġrieħi ħfief

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Pulizija għadha kemm waqqfet t-tfittxija tagħha għal dik li beda jingħad li setgħet kienet it-tielet persuna involuta.

It-tfittxija kien ilha għaddejja għal aktar minn tliet sigħat fejn saħansitra ntużaw drones biex jgħinu fit-tfittxija mill-ajru.

Numru ta’ uffiċjali ntalbu jintervjenu wkoll fl-inħawi tal-Imtarfa fejn tkompliet it-tfittxija, iżda jidher li l-uffiċjali se jkunu qegħdin iwarrbu l-verżjoni mogħtija aktar qabel.

Intant skont l-aħħar dettalji, jidher li ż-żewġ persuni li ttieħdu lejn l-Isptar ġew ċertifikati li sofrew ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

8:45 a.m: Skont l-aħħar informazzjoni li kiseb dan is-sit, l-uffiċjali involuti għadhom għaddejjin bi tfittxija għal mara li setgħet kienet f’waħda mill-karozzi involuti fl-inċident.

Wara li wieħed mis-sewwieqa baqa’ jtenni li miegħu kien hemm persuna oħra, anke jekk mal-wasla tagħhom il-Pulizija sabu liż-żewġ sewwieqa, kompliet it-tfittxija fiż-żona li sa issa rriżultat fin-negattiv

Aktar tard jidher li persuna li kienet fuq il-post fil-ħin tal-inċident qalet li rat lil din il-persuna tinżel mill-karozza bil-mixi għalkemm viżibbilment feruta f’sieqha.

Nifhmu li se tkun qiegħda tkompli tfittxija mill-ajru biex tkun tista’ tinstab din il-persuna.

7:30 a.m: Żewġ persuni ttieħdu l-Isptar wara inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tas-6:50 a.m fi Triq l-Infetti fir-Rabat.

Minnufih issejħu l-Pulizija, tim mediku tal-ambulanzi u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li kienet seħħet ħabta head on bejn Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 22 sena residenti Birżebbuġa u Hyundai i20 misjuqa minn raġel ta’ 38 sena residenti Ħad-Dingli.

Tim mediku ta l-ewwel assistenza liż-żewġ sewwieqa sakemm huma setgħu jittieħdu lejn l-Isptar Mater Dei b’ambulanzi li ssejħu fuq il-post. S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tagħhom.

Intant it-triq kellha tingħalaq għat-traffiku miż-żewġ naħat grazzi għall-intervent minn uffiċjali ta’ Transport Malta.

Aktar informazzjoni kif taslilna…

Sport