Sunday, December 22, 2024

ARA: Il-vittmi tat-terremot fil-Marokk jaqbżu l-1,000

Aqra wkoll

Qabżu l-1,000 il-persuni konfermati li mietu kawża tat-terremot qawwi li laqat il-Marokk matul il-lejl li għadda.

Huwa stmat ukoll li għexieren ta’ persuna oħra spiċċaw feruti wara t-terremot ta’ qawwa li kejlet is-6.8 fuq l-iskala richter.

L-epiċentru kien madwar 71 kilometru bogħod minn Marrakesh. Qabel dan id-diżastru din il-belt kienet meqjusa bħala waħda mill-aktar destinazzjonijiet fl-Afrika mfittxija mit-turisti. Huwa stmat li mal-10 miljun turist żaru l-belt matul is-sena li għaddiet.

L-awtoritajiet Maltin kienu minn ta’ quddiem li bagħtu l-kondoljanzi tagħhom filwaqt li mal-ewwel sigħat diġà hemm mexxejja li offrew l-għajnuna tagħhom fosthom il-President tal-Istati Uniti Joe Biden, il-Prim Ministru tar-Renju Unit Rishi Sunak u dak tal-Iżrael Benjamin Netanyahu.

Anke l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg esprima solidarjetà mal-Marokk.

Fi tweet huwa qal li wassal il-kondoljanzi f’isem il-poplu Malti lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Marokkin Nasser Bourita.

7:00 a.m: Mill-inqas 300 jmutu f’terremot qawwi fil-Marokk

Minn tal-inqas 300 persuna mietu fil-Marokk wara terremot qawwi li kejjel is-6.8 fuq l-iskala richter. 

It-terremot seħħ għall-ħabta tal-11:00 p.m (ħin lokali) u t-theżżiżiet baqgħu jinħassu sa 19-il minuta wara.

Filmati mhux verifikati fuq il-midja soċjali wrew diversi binjiet jiġġarru wara li seħħ it-terremot u anke persuni jiġru fi stat ta’ disperament.

Ekonomija

Sport