Id-Dittatur tal-Korea ta’ Fuq jinsab f’coma wara li sofra emoroġija f’rasu.
Minkejja li l-aħbarijiet mill-Korea ta’ Fuq hu ħafna diffiċli li jiġu kkonfermati, il-midja Ingliża qiegħda tirraporta li informazzjoni li għandha tgħid li hu ddaħal l-Isptar u qiegħed fil-periklu tal-mewt.
L-istess rapporti jgħidu li hu diffiċli ferm li dawn ir-rapporti jiġu kkonfermati minn Pyongyang.
Jirriżulta li Kim ittieħed lejn eking Union Medical College f’Beijing fiċ-Ċina u qiegħed jingħata l-kura hemm.



