Il-Pulizija Franċiża tilfu l-kontroll tal-protesti… Hekk iddikjara l-Ministru tal-Intern Franċiż Laurent Nuñez f’kumment li kien qiegħed jagħti lill-midja internazzjonali.
Il-Ministru sostna li b’kollox ġew arrestati 350 persuna nhar il-Ħadd biss fil-belt ta’ Pariġi.
Stqarr li l-Pulizija messhom anteċipaw dak li kien qiegħed jiġi ppjanar u ma ħallewx din il-vjolenza kollha ssir.
Il-Ministru Nuñez ħabbar li kien offra r-riżenja tiegħu lill-President Emmanuel Macron hekk kif ħassu responsabbli ta’ dak li kien seħħ.
Il-President Macron ma aċċettax din ir-riżenja.



