Madwar id-dinja kollha lbieraħ kien qiegħed idur filmat ta’ saċerdot li miet waqt li kien qiegħed iqaddes meta waqa’ salib fuqu.
Is-saċerdot hu Patricio Sánchez Molinari ta’ 53 sena temm il-missjoni tiegħu fuq din il-dinja b’messaġġ waqt omelija li għamel lin-nies preżenti.
Waqt l-omelija u ħeġġeġ lin-nies biex ma jaħlux ħajjithom iħarsu lejn il-mobile, iżda minflok jiddedikaw ħajjithom lil Alla u lill-maħbubin tagħhom.
“Xi darba, ilkoll kemm se mmutu wkoll; u xi kultant, iż-żmien li nqattgħu fuq ċerti affarijiet ma jkollux l-istess tifsira bħaż-żmien li nqattgħu ma’ Alla,” jgħid is-saċerdot ftit tal-minuti qabel ma tilef ħajtu traġikament.



