Sunday, May 19, 2024

ARA: Intervent immedjat jevita nirien milli jinfirxu fiż-Żejtun

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fortunatament ħadd ma ndarab f’każ ta’ nirien li żviluppaw minn garaxx fi Triq l-Armier fiż-Żejtun.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2:30 p.m meta nstemgħet splużjoni fl-imsemmija triq u minnufih issejħet għall-għajnuna tal-Pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Skont informazzjoni li kiseb dan is-sit fl-ewwel sejħa persuni li kienu fuq il-post qalu li ma kienx eskluż li xi minorenni setgħu daħlu fil-garaxx, iżda fortunatament minnufih b’intervent immedjat din l-informazzjoni ġiet konfermata li ma kinitx minna u ġie eliminat kull periklu filwaqt li ġew kontrollati n-nirien.

Fil-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei bħala prekawzjoni iżda issa li s-sitwazzjoni ġiet kontrollata huma ħallew il-post biex ikomplu bil-ħidma tagħhom.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport