Monday, May 13, 2024

ARA: Iweġġa’ gravi wara li waqa’ żewġ sulari fil-Belt Valletta

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-7:30 kien involut f’inċident f’Mużew fi Triq il-Merkanti fil-Belt Valletta.

Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit jidher li r-raġel kien qiegħed jagħmel xi xogħol meta waqa’ minn għoli ta’ madwar żewġ sulari minn fuq sellum.

Fil-post issejjaħ minnufih tim mediku, Pulizija, Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u minn Transport Malta. Ir-raġel ingħata l-ewwel assistenza fuq il-post sakemm seta’ jittieħed għal aktar kura l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza eskortat minn uffiċjali ta’ Transport Malta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Sport