Saturday, October 26, 2024

ARA: “Malta għal qalbi ħafna … Il-Maltin jgħinuni nsib ċertu enerġija indeskrivibbli”

Aqra wkoll

L-artista Christina Novelli twieldet fil-belt Ingliża ta’ Southampton nhar is-27 ta’ Novembru 1985 u ftit tal-jiem oħra tagħlaq 34 sena. Taħdem bħala kantanta, kompożitriċi u saħansitra bħala DJ f’diversi diskoteki u klabbs madwar id-dinja. Hi tiġi bint il-kok Franċiż ta’ fama mondjali, Jean-Christophe Novelli. 

Tispeċjalizza fil-mużika elettronika, trance u dance u taf tuża’ diversi strumenti mużikali bħal kitarra u d-drums. Hi għandha kapaċitajiet vokali mill-aqwa filwaqt li għandha sens qawwi ta’ intelliġenza fil-produzzjoni tal-mużika. 

F’kummenti mal-ġurnalist Cristian Muscat waqt iż-żjara tagħha f’pajjiżna, Novelli qalet li tħoss ċertu konnessjoni f’Malta u li kull darba li tiġi hawnhekk tħoss ċertu enerġija u kuntentizza anke minħabba l-mod ta’ kif tiġi milqugħha mill-pubbliku.

Il-Coronavirus kienet wisq qawwija fuq ħafna setturi iżda daqqa ta’ ħarta kbira għall-artisti speċjalment dawk li kien għadhom qegħdin isibu saqajhom.

F’messaġġ aħħari tagħha kien li kull min jixtieq jirnexxi f’xi ħaġa ma jistax jasal jilħaq l-għanijiet tiegħu jekk ma jibqax jimbotta meta l-affarijiet jidhru diffiċli.

YouTube video

L-intervista sħiħa fil-ħarġa ta’ L-Orizzont ta’ għada

Waqt iż-żjara tagħha f’Malta, Novelli tat sorpriża mill-isbaħ lill-koppja Maltija Massimo u Christina hekk kif waqt li kienu qegħdin jiċċelebraw l-għaqda tagħhom fis-sagrament taż-żwieġ, l-artista ta’ fama internazzjonali kompliet issaħħilhom l-atmosfera.

Sport