Wednesday, December 25, 2024

ARA: Mijiet jiċċelebraw il-festa ta’ San Ġużepp fir-Rabat

Aqra wkoll

Id-data tad-19 ta’ Marzu hija sinonima mal-festa ta’ San Ġużepp li tiġi ċċelebrata b’tant briju fir-Rabat. U din is-sena ma kinitx eċċezzjoni hekk kif mijiet ta’ Ġużeppini mir-Rabat u minn madwar Malta attendew għal din il-festa b’mod sħiħ wara l-pandemija.

Intant, filgħodu ġiet iċċelebrata Quddiesa Solenni mmexxija mill-Wisq Rev. Kapitlu Metropolitan, waqt li niseġ il-paneġierku Rev. Mons. Onor. Carmelo Mercieca. Fil-bidu tal-Quddiesa saret il-preżentazzjoni tax-xemgħa simbolika lil San Ġużepp mis-Sindki tar-Rabat u tal-Imdina.  

Dan sabiex illejla, toħroġ il-Purċissjoni Solenni bl-istatwa devota u artistika ta’ San Ġużepp immexxija mill-Ministru Provinċjal. Mistennija jieħdu sehem il-Fratelli tal-Arċikonfraternitá ta’ San Ġużepp u l-Patrijiet Franġiskani.

Wara jsir id-dħul tal-istatwa ta’ San Ġużepp fil-Knisja, fejn jitkantaw l-Innu Popolari u l-Antifona u saret Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Dan jiġi segwit bil-ħruġ tal-purċissjoni bil-vara titolari ta’ San Ġużepp, fejn jinħaraq salut, kaxxa infernali, murtali, murtaletti, murtali tal-kulur u blalen li jakkumpanjaw il-purċissjoni, fejn fid-dħul tinħaraq ukoll kaxxa infernali tal-kulur.

Ekonomija

Sport