Raġel jitlef ħajtu f’inċident tat-traffiku

Ħabta bejn tliet karozzi f’Santa Venera

Aqra wkoll

Illum, għal xi l-5.30pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn Mazda Demio, Nissan X-Trail u Mercedes Benz C250.

Konsegwentement, il-Mazda spiċċat
inqalbet.

In-Nissan kienet qed tinstaq minn Kanadiż ta’ 49 sena residenti San Ġwann, u passiġġiera fiha kien hemm Koreana ta’ 43 sena residenti San Ġwann ukoll.

Ix-xufier tal-Mercedes kien raġel ta’ 46 sena li jgħix f’Tal-Pietà, u l-Mazda Demio kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 26 sena u residenti l-Marsa.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, iżda sfortunatament, ix-xufier tal-Mazda ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Il-persuni l-oħra involuti ma sofrew l-ebda ġrieħi.

Il-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D ġiet infurmata u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta mal-inċident għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport