Tuesday, September 8, 2026
Home Sport Harry Kane b’ċans tajjeb li jirbaħ il-Ballon D’Or

Harry Kane b’ċans tajjeb li jirbaħ il-Ballon D’Or

0
45

Harry Kane, attakkant ta’ Bayern Munich, jinsab fost tliet plejers Ingliżi nominati għall-Ballon d’Or 2026. Jude Bellingham ta’ Real Madrid u Declan Rice ta’ Arsenal huma ż-żewġ players l-oħra Ingliżi fuq il-lista ta’ 30 kandidat, b’Kane meqjus bħala wieħed mill-favoriti ewlenin biex jirbaħ dan il-premju prestiġjuż.

Fost in-nominati hemm ukoll Lionel Messi ta’ Inter Miami, li qed jimmira li jirbaħ il-Ballon d’Or għad-disa’ darba. L-Arġentin skorja tmien goals fit-Tazza tad-Dinja, iżda t-team tiegħu tilef il-finali kontra Spanja f’Lulju. Wara dik il-kompetizzjoni, Messi rtira mill-football internazzjonali.

Spanja għandha sitt players li rebħu t-Tazza tad-Dinja u li jinsabu nominati, fosthom Lamine Yamal u Ferran Torres, li skorja l-goal rebbieħ fil-finali.

Paris Saint-Germain, rebbieħa tal-Champions League għal żewġ staġuni konsekuttivi, għandhom disa’ plejers nominati, fosthom Ousmane Dembele, ir-rebbieħ tal-edizzjoni li għaddiet. Kylian Mbappe u Vinicius Jr ta’ Real Madrid, kif ukoll Gabriel u William Saliba ta’ Arsenal, jinsabu wkoll fuq il-lista.

Ir-rebbieħ se jitħabbar f’ċerimonja f’Londra fis-26 ta’ Ottubru, fis-sena li fiha l-premju qed jiċċelebra s-70 anniversarju tiegħu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here