Friday, December 13, 2024

ARA: “Ninsabu hawn biex intejbu r-relazzjonijiet ta’ bejn iż-żewġ pajjiżi”

L-Uffiċjal Kmandant tal-USS Ross Scott Jones

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Bastiment militari Amerikan, il-USS Ross (DDG 71), fl-aħħar jiem reġa’ daħal fil-Port il-Kbir wara li l-aħħar darba li żar pajjiżna kien proprju 18-il sena ilu. Dan huwa l-21 destroyer tal-missili ggwidati tal-klassi Arleigh Burke u huwa wieħed mill-erba’ destroyers tal-Forzi Navali-Ewropa (FDNF-E) ibbażati fl-istazzjon navali ta’ Rota, Spanja. 

YouTube video

Talk.mt kienet mistiedna biex iżżur dan il-bastiment fejn ingħatajna aktar dettalji dwar l-operat abbord u l-ħidma ta’ rutina tagħhom. Il-Kmandant Scott Jones, li huwa l-uffiċjal kmandant tal-USS Ross, dawwarna mal-bastiment u fisser aħjar is-sistemi l-aktar avvanzati li jintużaw waqt missjonijiet militari. 

Dan il-bastiment huwa mgħammar bi flight-deck fejn jistgħu jinżlu l-helikopters. Barra minn hekk, il-Kmandant Jones spjegalna wkoll kif taħdem is-sistema tal-armamenti li tinsab fil-parti ta’ quddiem tal-istess bastiment.

F’kummenti ma’ dan is-sit, il-Kmandant Jones, qalilna li huwa ħa l-kmand ta’ dan il-vapur f’Lulju tas-sena li għaddiet. Qal li l-USS Ross għandu madwar 300 membru tal-ekwipaġġ b’ħila li joperaw f’aktar minn 20 żona differenti fl-istess ħin.

“Ninsabu hawn Malta biex intejbu r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi,” huwa żied jgħidilna filwaqt li sostna li l-esperjenzi tiegħu u tal-membri tal-ekwipaġġ f’Malta kienu tajbin ħafna. 

Il-vapur huwa msemmi għall-Kaptan Donald Kirby Ross, li rċieva l-Midalja tal-Unur tal-Kungress għall-azzjonijiet erojċi tiegħu abbord l-Uss Nevada (BB 36) fis-7 ta’ Diċembru 1941.

Ekonomija

Sport