Friday, May 10, 2024

ARA: Qaċċtet xi zkuk biex tipprova ssalva lit-tfal li waqgħu fi xmara tas-silġ f’Birmingham

Aqra wkoll

Studenta tal-iskola f’intervista li kellha ma’ ITV News tirrakkonta kif hija ppruvat ssalva lil dawk it-tfal li waqgħu fi xmara tas-silġ f’Babbs Mill Park, f’Birmingham, nhar il-Ħadd li għadda għall-ħabta tas-2:30 p.m.

F’din it-traġedja tilfu ħajjithom tliet subien l-età ta’ 11, 10 u 8 snin, filwaqt li tfajjel ta’ sitt snin jinsab f’qagħda kritika. Fis-sigħat li għaddew kien hemm xi żviluppi dwar l-identità ta’ wieħed mill-vittmi — it-tifel ta’ 10 snin jismu Jack Johnson.

Oliwia Szewc, tifla ta’ 13-il sena, tkompli tispjega li fil-mument li ġrat din is-sitwazzjoni hija kienet tinsab akkumpanjata minn ħabiba tagħha u li malli indunat li hemm grupp ta’ tfal li sabu ruħhom f’diffikultà, hija ġriet fid-direzzjoni tagħhom biex tipprova tgħinhom.

Iż-żewġt ibniet ċemplu 999 għall-għajnuna u sadanittant pruvaw isibu xi oġġetti li bihom setgħu jgħinu lit-tfal: “Bdejt infittex xi zkuk tas-siġar biex nipprova nnewwilhomlhom ħalli jkunu jistgħu jaqbdu magħhom, imma kienu żgħar wisq,” tgħid Oliwia.

Sport