Saturday, May 18, 2024

ARA: Raġel iweġġa’ gravi wara li sofra xi ħruq

Aqra wkoll

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha f’razzett fi Triq Selmun, il-Mellieħa.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li raġel ta’ 51 sena residenti ż-Żebbuġ Għawdex, sofra xi ħruq ikkawżati minn fuel li ħareġ minn generator.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ

Aktar kmieni: Persuna ssofri ħruq wara li sploda generator

Persuna li l-identità tiegħha għadha mhix magħrufa jidher li sofriet xi ħruq f’partijiet ta’ ġisimha hekk kif sploda generator.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-9.50pm fi Triq Selmun, liema triq tiġi ftit ’il ġewwa mill-Palazz ta’ Selmun.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza mill-Isptar Mater Dei li beda jagħti l-ewwel għajnuna lil persuna li sofriet il-ħruq. Aktar tard l-istess persuna ttieħded l-Isptar għal aktar kura.

Ritratt: JOSEPH CALLEJA

Marru jassistu f’dan l-inċident ukoll il-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili.

Fuq il-post hemm diversi uffiċjali tal-pulizija li qegħdin jinvestigaw dak li seħħ.

Aktar informazzjoni kif taslilna…

Sport