Sunday, May 5, 2024

ARA: Spiċċaw iwaddbu ġebel f’argument mdemmi fiż-Żejtun

Aqra wkoll

Żewġ żgħażagħ u l-familji tagħhom spiċċaw f’argument fi Triq il-Gibja Rumana ż-Żejtun fejn kawża ta’ dan erba’ persuni spiċċaw ittieħdu l-Isptar Mater Dei. Kelliem għal Pulizija qal lil dan is-sit li l-argument beda għall-ħabta tal-4.00pm.

Minn investigazzjoni illi saret irriżulta li seħħ argument bejn ġuvni ta’ 18-il sena residenti ż-Żejtun, raġel ta’ 48 sena residenti Bormla u ieħor ta’ 54 sena residenti ż-Żejtun ma’ ġuvni u tfajla ta’ 24 sena t-tnejn residenti ż-Żejtun.

Waqt dan l-argument allegatament intuża xi ġebel kif ukoll seħħ impatt bejn Opel Astra li kienet misjuqa mir-raġel ta’ 48 sena u Mercedes Benz E250 misjuqa mir-raġel ta’ 24 sena.

Waqt li dawn il-vetturi kien qed jinstaqu r-raġel ta’ 54 sena allegatament intlaqat mill-Mercedes.

Immedjatament issejjaħ tim mediku u l-persuni ttieħedu l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard, ir-raġel ta’ 54 sena kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi filwaqt li l-kundizzjoni tal-persuni l-oħra għadha pendenti.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachel Montebello ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport