Wednesday, April 24, 2024

ARA: Tinqaleb karozza f’Ħaż-Żebbuġ

Aqra wkoll

Triq is-Siġġiewi f’Ħaż-Żebbuġ ingħalqet temporanjament għat-traffiku minħabba inċident.

L-inċident seħħ aktar kmieni għall-ħabta tad-9:15 a.m meta nqalbet karozza tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn mara.

Is-sewwieqa ngħatat minnufih assistenza minn persuni li kienu fil-post ftit ħin wara l-inċident.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assista lill-mara fil-post minħabba xokk qawwi li sofriet.

Kawża tal-inċident inġemgħet konġestjoni tat-traffiku għal xi ħin sakemm issejħu uffiċjali tal-LESA li ħadu ħsieb li jiddevjaw it-traffiku minn toroq alternattivi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport