Sunday, December 22, 2024

ARA: Żagħżugħ jirritorna lura qawwi u sħiħ wara li ntilef fil-baħar viċin il-Kosta ta’ Florida

Aqra wkoll

Filmat li ċċirkola fuq tiktok juri mument emozzjonanti ta’ żagħżugħ li rnexxielu jirritorna lura qawwi u sħiħ wara li nħakem mill-kurrent tal-baħar. L-istess filmat juri lill-familjari ferħanin se jtiru hekk kif lemħuh riesaq lejhom iżomm ma’ ċattra.

@kwmermaidp

Replying to @yari43770 We’ve lived in key west for many generations and we have fallen family members who we let to rest at sea and we really feel like the protected him ❤️ look at that smile!

♬ original sound – Priscilla Gartenmayer

Dylan Gartenmayer, żagħżugħ ta’ 22 sena, nhar il-Ħamis li għadda kien qed jagħmel free diving madwar 35 pied ’il bogħod mill-Kosta ta’ Florida, meta fid-daqqa u l-ħin kurrent qawwi kaxkru miegħu.

Minnufih, sħabu li kienu preżenti fuq il-post ċemplu lill-Gwardji tal-Kosta filwaqt li l-membri familjari ħarġu jfittxuh bid-dgħajsa ta’ nannuh fl-istess post li kien deher l-aħħar fih. Sadanittant, Dylan kien jinsab waħdu fil-baħar, dejjem jitbiegħed iktar mill-bajja. “Kien il-mument meta ma bqajtx nara d-dgħajsa li indunajt illi kont ninsab f’sitwazzjoni serja,” qal iż-żagħżugħ.

F’kumment li qasam ma’ NBC6, huwa spjega li f’mument minnhom kien diffiċli għalih biex jirnexxilu jżomm in-nifs taħt l-ilma għal żewġ minuti sħaħ. Iż-żagħżugħ kompla jirrakkonta kif f’dak il-mument diffiċli, uża sew il-ħiliet tiegħu biex isalva billi qabad ċattra minn kull waħda mit-tliet bagi li kien hemm fil-viċin u għaqqadhom flimkien.

Dylan ma’ ommu Tabitha

Tabitha, omm Dylan, kienet irċeviet telefonata mingħand l-eks raġel tagħha fejn għarrafha li binhom kien ġralu xi ħaġa. “Ma stajtx nitkellem jew nieħu nifs dak il-ħin,” tistqarr emozzjonata omm iż-żagħżugħ.

Propju erba’ sigħat wara, membru mill-familja taż-żagħżugħ lemaħ persuna żżomm ma’ ċattra kbira f’wiċċ l-ilma.

Priscilla Gartenmayer iddeċidiet li żżomm rikordju ta’ dan il-mument mirakluż — li fih kuġinuwha rnexxielu jirritorna lura qawwi u sħiħ wara numru ta’ sigħat fil-baħar — billi ġibdet filmat.

Ekonomija

Sport