Friday, May 3, 2024

Erik ten Hag irid li Marcus Rashford iġedded ma’ Man Utd fil-jiem li ġejjin

Aqra wkoll

Erik ten Hag irid li Marcus Rashford iġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Manchester United hekk kif irid jibni t-team madwaru li jkun l-aqwa fid-dinja.

L-attakkant ta’ 25 sena skorja disa’ goals f’daqstant logħbiet minn mindu rritorna mit-Tazza tad-Dinja, iżda hemm inċertezza dwar il-futur tiegħu f’Old Trafford.

Rashford daħal fl-aħħar 18-il xahar tal-kuntratt tiegħu b’salarju ta’ £200,000 fil-ġimgħa wara li United se jattivaw il-klawsolata’ estensjoni ta’ sena, u l-club lil dan il-player iġedded fil-jiem li ġejjin minħabba  interess qawwi minn Paris Saint-Germain.

Ten Hag għen biex Rashford reġa’ sab il-forma tiegħu mindu ħa t-tmexxija tat-team wara li l-istess Rashford sena ilu kien għaddej minn dipressjoni qawwija bil-biżgħa wkoll li jieqaf mill-karriera. 

Illum Rashford huwa wieħed mill-aqwa players fil-Premier League Ingliż fejn qed ikunu strumentali għar-Red Devils. 

Ten Hag esprima s-sodisfazzjon tiegħu li qed jaħdem mal-internazzjonali Ingliż billi qal:

“Qed jitjieb ħafna u jien kuntent bih minħabba li jagħti l-massimu tiegħu. 

“Nemmen ukoll li jista’ jġib il-kwalitajiet tiegħu f’dan it-team. Huwa strumentali u jekk jiffirma kuntratt ġdid inkunu nistgħu nkomplu naħdmu fuq il-pjani tal-futur hekk kif it-team jinbena madwaru.”

Sport