Saturday, September 14, 2024

Arda Guler mhux kuntent ma’ Real Madrid

Aqra wkoll

Diversi ġurnali Spanjoli qed jitkellmu fuq is-sitwazzjoni ta’ Arda Guler li bħalissa hu reġistrat fil-kotba ta’ Real Madrid. Jidher li dan il-plejer Tork xejn ma jinsab kuntent jilgħab f’Estadio Santiago Bernabeu minħabba li ftit qed jingħata ċans biex jilgħab mill-kowċ Carlo Ancelotti. S’issa hu lagħab biss 99 minuta fi tliet logħbiet ta’ La Liga Spanjola li għal dan iż-żagħżugħ jidhru ftit.

Xhieda li hu xejn ma jinsab kuntent kien proprju fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet meta Real Madrid lagħbu kontra Real Betis u rebħu 2-0. Fi tmiem il-partita, il-plejers Madrileni marru quddiem il-partitarji tagħhom biex jiċċelebraw barra Guler li pprefera jmur fid-dressing rooms b’nervi u diżappunt kbir għalih.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport