Saturday, October 12, 2024

Arda Guler mhux kuntent ma’ Real Madrid

Aqra wkoll

Diversi gazzetti Spanjoli qed jitkellmu dwar is-sitwazzjoni tal-attakkant Tork Arda Guler. Dan tal-aħħar ftit qed jingħata spazju mill-kowċ Carlo Ancelotti, xi ħaġa li qed tkiddu mhux ftit. Fil-fatt s’issa lagħab biss 291 minuta, ftit wisq biex juri l-potenzjal tiegħu.

L-istess ġurnali Spanjoli qed jgħidu li Guler jista’ saħansitra jħalli lil Los Blancos biex jingħaqad ma’ Fenerbache, tim li qed jitmexxa minn Jose Mourinho.

Guler għandu 19-il sena u s’issa lagħab 19-il logħba mill-2023 ‘l hawn filwaqt li skorja sitt gowls.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport