Sunday, December 22, 2024

Arluġġar mixli li biegħ arloġġ għal €12,750 minflok ma sewwieh

Aqra wkoll

Arluġġar ta’ 58 sena ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati li biegħ arloġġ lussuż tad-ditta Rolex li kien ingħatalu minn klijent biex isewwih. Fil-Qorti ngħad li huwa allegatament biegħu għall-prezz ta’ €12,750.

L-Ispettur Christian Cauchi li mexxa l-Prosekuzzjoni spjega fil-Qorti kif is-sid tal-arloġġ kien mar jirrapporta l-Għassa wara li l-arloġġ ma ngħatalux lura. Intqal li l-arloġġ kien ingħata lil Alexander Azzopardi f’Mejju li għadda biex isewwih.

Azzopardi wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu, bil-Qorti tagħtih il-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali. Huwa ġie ordnat jiffirma l-għassa sitt darbiet fil-ġimgħa u ma jagħmel l-ebda kuntatt mas-sid tal-arloġġ.

Ekonomija

Sport