Fi spezzjonijiet li saru matul il-jum tas-Sibt u fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu, ġew arrestati 35 persuna li nstabu jgħixu u jaħdmu f’Malta b’mod irregolari.
Dawn l-ispezzjonijiet saru fuq is-servizz tat-trasport pubbliku, f’postijiet pubbliċi fil-Marsa u kif ukoll matul il-lejl f’Paceville.Il-persuni miżmuma huma mis-Sirja, mill-Afghanistan, mill-Ghana, mill-Brażil, mill-Mali, minNepal, mill-Pakistan, min-Niġerja, min-Niger, mill-Gambja, mis-Sudan u mill-Kosta tal-Avorju.L-ispezzjonijiet tmexxew mill-Pulizja assistiti minn uffiċjali mill-Aġenzija għas-Servizzi ta’ Detenzjoni.
Il-persuni kollha li ġew miżmuma nħarġitilhom ordni biex jitilqu mill-pajjiż u qed jinżammu f’ċentru ta’ detenzjoni sakemm isir ir-ritorn lejn il-pajjiż tal-oriġinu jew fi stati membri Ewropej oħra li għandhom permess jgħixu fihom.
Dawn l-ispezzjonijiet se jkomplu fil-jiem u ġimgħat li ġejjin.