Monday, May 13, 2024

Arrigo Sacchi sorpriż bir-riżenja ta’ Roberto Mancini

Aqra wkoll

Meta kien intervistat mill-media Taljana, l-eks kowċ tat-tim nazzjonali Taljan Arrigo Sacchi qal li ma kienx qed jistenniha li Roberto Mancini kien se jirriżenja mill-kariga ta’ kowċ tal-Italja.

Sacchi qal li ma jafx li forsi hemm xi proposta ekonomika oħra li ġiegħlet lil Mancini jitlaq minn din il-kariga għalkemm irrimarka li l-flus illum il-ġurnata qed jikkundizzjonaw id-dinja tal-futbol.

Sa ċertu punt, hu ġġustifika dan kollu għax qal li anke l-plejers jagħmlu hekk għalkemm sostna li dan kollu qed inaqqar l-integrita’ tal-logħba.

Sport