Arsenal sfaw eliminati mill-Aħħar 16 tal-UEFA Europa League meta tilfu 5-3 bl-għoti tal-penalties kontra Sporting Lisbon wara li fl-Emirates temmew fi draw ta’ 1-1 għal aggregate ta’ 3-3.
Kien Granit Xhaka (19) iżda l-midfielder tal-Portugall Goncalves (62) sforza l-ħin barrani meta ħasad għal kollox lill-goalkeeper tal-Gunners, Aaron Ramsdale, b’xutt minn kważi nofs il-ground.
Fil-ħin barrani, Sporting lagħbu bi player inqas meta fid-90 minuta tkeċċa Manuel Ugarte għal żewġ karti sofor.
Fl-għoti tal-penalties, it-tentattiv ta’ Gabriel Martinelli ġie salvat minn Antonio Adan biex imbagħad Nuno Santos skorja dak rebbieħ.
Barra minn hekk, Arsenal tilfu wkoll liż-żewġ players William Saliba u Takehiro Tomiyasu minħabba li sofrew injury.
B’hekk issa Arsenal ilhom ma jirbħu unur fl-Ewropa mill-1994 meta rebħu t-Tazza tar-Rebbieħa tat-Tazzi.