Saturday, April 20, 2024

Illum jittellgħu l-poloz tal-kwarti-finali tat-tliet kompetizzjonijiet Ewropej

Aqra wkoll

Illum f’12.00 pm f’Nyon, l-Isvizzera, se jittellgħu l-poloz tal-kwarti-finali u tas-semi-finali taċ-Champions League bit-timijiet involuti ġejjin minn ħames pajjiżi differenti bl-aktar rappreżentati huma l-Italja (3) u warajhom l-Ingilterra (2) waqt li l-Ġermanja, Spanja u l-Portugall għandhom team kull wieħed.

Il-polza se tkun waħda miftuħa fejn m’hemmx seedings u protezzjoni tal-pajjiż. Għalhekk kull team jista’ jiġi ma’ ieħor mill-istess pajjiż.

Mit-tmien timijiet li fadal sitta minnhom rebħu t-Tazza tal-Ewropa/Champions League b’dawk li għadhom ma niżżlux isimhom fuq it-trofew ikunu Manchester City u Napoli.

Se jiġu mtellgħin ukoll il-poloz tas- semi-finali u anke tal-finali biex ikun magħruf għal raġunijiet amministrattivi min se jkun home bejn il-finalisti.

It-timijiet li fadal fil-polza huma:

Inter, Milan, Napoli (Italja); Manchester City, Chelsea (Ingilterra); Bayern Munich (Ġermanja); Real Madrid (Spanja); Benfica (Portugall).

Imbagħad fis-1.00 pm jittellgħu l-poloz tal-kwarti-finali, tas-semi-finali u tal-finali tal-Europa League waqt li dawk tal-Confe­rence League jiġu mtellgħin fis-2.00 pm.

Sport