Tuesday, April 23, 2024

UEFA Europa League: Man Utd u Juventus jgħaddu għall-kwarti-finali

Aqra wkoll

Real Betis v Man Utd – Wara rebħa kbira ta’ 4-1 f’Old Trafford, Manchester United kellhom diġá sieq u nofs fil-kwarti tal-finali, u rnexxielhom jikbu l-passaġġ għal dan l-istadju bi skor aggregate kbir ta’ 5-1. Dan wara li fit-tieni leg fi Spanja kisbu rebħa minima ta’ 1-0 kontra Real Betis, bil-goal uniku għalihom jasal minn Marcus Rashford (56).

Freiburg v Juventus – Juventus barra minn darhom għelbu lil Freiburg bl-iskor ta’ 1-0, biż-żewġ goals  għalihom jaslu minn Dusan Vlaohic (45) minn penalty u Federico Chiesa (95). Ta’ nota huwa l-fatt li Freiburg lagħbu għal iktar minn taqsima sħiħa bi player inqas wara li tkeċċa għalihom il-player Manuel Gulde (44) wara li rċieva żewġ karti sofur fil-partita. B’hekk, il-Bianconeri, kisbu l-passaġġ fil-kwarti tal-finali bi skor aggregate ta’ 2-0.

Fenerbahce v Sevilla – Fenerbahce kisbu rebħa minima ta’ 1-0 kontra Sevilla bil-goal waħdani għalihom jasal minn Eder Valencia (41) minn penalty. Madankollu, xorta waħda kienu Sevilla li kisbu l-passaġġ għall-kwarti tal-finali hekk kif kienu rebħu l-ewwel leg fi Spanja bl-iskor ta’ 2-0, u b’hekk trijonfaw bi skor aggregate ta’ 2-1.

UEFA Conference League

Sivasspor v Fiorentina – Fiorentina barra minn darhom kisbu rebħa kbira ta’ 4-1 kontra Sivasspor, bil-goals għalihom jaslu Arthur Cabral (42), Nikola Milenkovic (62), auto-goal ta’ Dimitrios Goutas (78) u Gaatano Castrovilli (89). Intant, kien Erdogan Yesilyurt li fetaħ l-iskor momentarjamnet għal Sivasspor (35). Ta’ nota huwa l-fatt li dawn tal-aħħar spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa għalihom il-player Mert Arslan (81) permezz ta’ karta ħamra diretta. B’hekk wara rebħa ta’ 1-0 fl-Artemio Franchi fl-ewwel leg, il-Viola kisbu l-passaġġ għall-kwarti tal-finalli bi skor aggregate ta’ 5-1.

Sport