Friday, April 19, 2024

Arsenal jerġgħu jqajmu l-interess fuq Ruben Neves

Aqra wkoll

Arsenal qed iħejju biex iqajmu l-interess tagħhom fil-midfielder ta’ Wolves, Ruben Neves.

L-Emirates Stadium ilu jitqies bħala destinazzjoni possibbli għall-player ta’ 25 sena għal ftit snin, iżda baqa’ leali lejn Wolves.

Arsenal u Manchester United it-tnejn ġew ikkreditati b’interess f’Neves matul is-sajf, iżda ż-żewġ clubs qagħdu lura minħabba l-prezz għoli mitlub minn Wolves.

U issa li Wolves keċċew lill-coach, Bruno Lage, teżisti possibbiltá kbira li f’Jannar li ġej, il-midfielder Portugiż jitlaq minn Molineux … għalkemm Barcelona wkoll jinsabu interessati fil-firma tiegħu.

Sport