Friday, May 3, 2024

Arsenal jiffirmaw lil Leandro Trossard mingħand Brighton

Aqra wkoll

Arsenal iffirmaw lill-attakkant Belġju, Leandro Trossard, mingħand Brighton għal £21 miljun.

Huwa ffirma kuntratt sa Ġunju 2027 u għandu l-għażla li jiġġedded b’sena. 

F’dan l-istaġun mas-Seagulls huwa skorja seba’ goals u pprovda tliet assists f’16-il logħba.

Il-Gunners qalu li ssottomettew id-dokumenti meħtieġa u jittamaw li Trossard ikun disponibbli biex jiffaċċja lil Manchester United fl-Emirates Stadium, il-Ħadd.

“Ninsabu kuntenti li ffirmajna lil Trossard,” qal il-coach ta’ Arsenal,  Mikel Arteta. “Huwa player li segwejna għal xi żmien issa u waslet l-opportunità u għandna l-ħtieġa li jkollna player fuq quddiem li jkun versatili biżżejjed biex jilgħab pożizzjonijiet differenti.”

Trossard, li lagħab tliet dehriet għall-Belġju fit-Tazza tad-Dinja tal-2022, se jilbes in-numru 19 għal Arsenal.

Il-Gunners jinsabu  fil-quċċata tal-Premier League u Arteta jħoss li huwa “importanti ħafna” li jiffirma players li jistgħu jadattaw malajr.

Sport