Thursday, April 18, 2024

Habesh u Faical MHUX ĦATJA li qatlu lil Sion

Aqra wkoll

B’sebgħa voti kontra 2, Ismael Habesh ma nstabx ħati li f’April tal-2015 qatel lil Sion Grech ta’ 20 sena mis-Siġġiewi. Bi 8 voti kontra wieħed, Mouhaci Faical mit-Tuneżija, wkoll ma nstabx ħati ta’ dan il-qtil.

Il-ġurati taw il-verdett tagħhom il-Ġimgħa filgħaxija wara tmien sigħat jiddeliberaw fi tmiem għaxart ijiem jisimgħu bosta xhieda fosthom lil Jacqueline Rapinett, ix-xhud ewlenija tal-prosekuzzjoni fost diversi xhieda oħra.

Habesh u Mouhaci kienu mixlija li fil-5 ta’ April tal-2005 qatlu lil Sion Grech bi 17-il daqqa ta’ sikkina. 

Ekonomija

Sport