Friday, May 3, 2024

Velja b’tifkira ta’ Pelin Kaya illejla quddiem l-istabbiliment tal-KFC fil-Gżira

Aqra wkoll

Ftit tal-jiem ilu tilfet ħajjitha traġikament Pelin Kaya ta’ 30 sena mit-Turkija residenza l-Gżira. Is-sindku Conrad Borg Manchè f’messaġġ fil-midja soċjali ħeġġeġ lill-pubbliku sabiex jattendi għall-velja li se tibda fi Triq Testaferrata fl-Imsida, l-istess post fejn sar l-inċident.

Minbarra s-sindku kien hemm ukoll, il-Kappillan tal-parroċċa tal-Gżira li ħeġġeġ lill-pubbliku biex jattendi. Dawk kollha li se jattendu huma mitluba jieħdu fjuri biex jagħmluhom fejn ittajret Pelin.

L-inċident seħħ l-Erbgħa 18 ta’ Jannar għall-ħabta tas-1.00 a.m fil-Gżira. Ftit sigħat wara is-sewwieq Jeremie Camilleri tressaq il-Qorti mixli bil-qtil volontarju tat-Torka. Huwa wieġeb mhux ħati iżda baqa’ jinżamm arrestat.

Sport