Arsenal rebħu d-derby ta’ Londra meta barra minn darhom għelbu lil Tottenham bl-iskor ta’ 2-0 biex fetħu vantaġġ ta’ tmien punti fil-quċċata.
Iż-żewġ goals waslu fl-ewwel taqsima minn auto-goal tal-goalkeeper Hugo Lloris (14) mix-xutt angolat ta’ Bukayo Saka u minn xutt mid-distanza ta’ Martin Odegaard (36). Bejn iż-żewġ goals, il-Gunners laqtu l-wieqfa minn Thomas Partey.
Chelsea v C. Palace – Chelsea rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Crystal Palace bl-iskor ta’ 1-0. Huma kellhom jistennew sal-64 minuta meta Kai Havertz tahom it-tliet punti permezz ta’ daqqa ta’ ras.
Newcastle v Fulham – Newcastle United kisbu rebħa drammatika ta’ 1-0 fuq Fulham bil-goal jasal minn daqqa ta’ ras ta’ Alexander Isak (89). Fid-69 minuta, Aleksandar Mitrovic ta’ Fulham skorja minn penalty iżda ġie mħassar minħabba li l-ballun ħabatlu ma’ siequ l-oħra qabel daħal fix-xibka.