Thursday, April 18, 2024

Arsenal jiftħu vantaġġ ta’ tmien punti fil-quċċata tal-Premier Ingliż

Aqra wkoll

Arsenal rebħu d-derby ta’ Londra meta barra minn darhom għelbu lil Tottenham bl-iskor ta’ 2-0 biex fetħu vantaġġ ta’ tmien punti fil-quċċata. 

Iż-żewġ goals waslu fl-ewwel taqsima minn auto-goal tal-goalkeeper Hu­go Lloris (14) mix-xutt angolat ta’ Bukayo Saka u minn xutt mid-distanza ta’ Martin Odegaard (36). Bejn iż-żewġ goals, il-Gunners laqtu l-wieqfa minn Thomas Partey.

Chelsea v C. Palace – Chelsea rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Crystal Pa­lace bl-iskor ta’ 1-0. Huma kellhom jistennew sal-64 mi­nuta meta Kai Havertz tahom it-tliet punti permezz ta’ daqqa ta’ ras.  

Newcastle v Fulham – Newcastle United kisbu reb­ħa drammatika ta’ 1-0 fuq Fulham bil-goal jasal minn daqqa ta’ ras ta’ Alexander Isak (89).  Fid-69 minuta, Aleksandar Mitrovic ta’ Fulham skor­ja minn penalty iżda ġie mħassar minħabba li l-ballun ħabatlu ma’ siequ l-oħra qabel daħal fix-xibka.

Ekonomija

Sport