Tuesday, April 23, 2024

Edizzjoni oħra ta’ Festa Ċitru tiġbed attendenza mill-isbaħ

Aqra wkoll

Fi tmiem il-ġimgħa mimli attivitajiet rikreazzjonali madwar il-pajjiż, bosta kienu dawk li żaru l-President’s Kitchen Garden f’Ħ’Attard għall-14-il edizzjoni ta’ Festa Ċitru. 

Kif inhi t-tradizzjoni, matul l-avveniment inbiegħ larinġ, lumi, u frott ieħor taċ-ċitru maqtugħ mill-ġonna tal-Palazz. Barra minn hekk, fl-aħħar jiem fil-Kċina tal-Palazz ta’ Sant’Anton inħmew għadd ta’ kejkijiet u ħelu ieħor magħmul mil-larinġ biex jinbiegħu waqt din l-attività.

Il-qligħ minn din l-attività se jmur kollu għal The Malta Community Chest Fund.

Sport