Thursday, April 18, 2024

ARA: Varjetà ta’ annimali għat-tberik fil-festa ta’ San Anton Abbati fir-Rabat

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Is-Saqqajja u l-pjazza ta’ San Wistin fir-Rabat dalgħodu kienu qishom vjaġġ lejn l-arka ta’ Noe b’varjetà kbira ta’ annimali li ttieħdu għall-festa ta’ Sant Anton Abbati biex jiġu mbierka f’din l-eqdem ċerimonja tat-tberik tal-annimali wara purċissjoni li ħarġet mill-Knisja ta’ San Mark.

YouTube video

Hekk kif it-temp ippermetta, diversi familji nġabru fl-inħawi tas-Saqqajja bl-annimali tagħhom li kienu jinkludu żwiemel, għoġol, klieb, qtates, fniek, fkieren, gremxul u tjur fost l-oħrajn.

It-tfal u anki l-ġenituri tagħhom dehru ferħanin jersqu biex ibierku l-annimali li jrabbu b’tant għożża u mħabba.

Il-festa ta’ San Anton Abbati fir-Rabat hija l-eqdem festa tat-tberik tal-annimali li tmur lura għal żmien l-Ordni ta’ San Ġwann meta l-Gran Mastru kien jibgħat il-bhejjem tiegħu biex jitbierku. Il-ħajja ta’ Sant Anton hija xhieda tar-rabta li dan il-Qaddis kellu mal-annimali.

Din il-festa tiġi ċċelebrata mill-komunità Agostinjana fir-rabat bil-purċissjoni bl-istatwa antika ta’ Sant Anton mis-Saqqajja akkumpanjata mil-banda L’Isle Adam.

Tqassmu wkoll xi kukkardi bħala tifkira tal-okkażżjoni lil dawk li ppreżentaw il-bhejjem tagħhom.

Ekonomija

Sport