Wednesday, April 24, 2024

FA Trophy: Santa Lucia jeliminaw lill-holders Floriana

Aqra wkoll

Floriana…………….0

Santa Lucia………..1

Santa Lucia ħasdu lill-holders Floriana meta għelbuhom bl-iskor minimu ta’ 1-0, biex b’hekk eliminawhom mill-Izibet FA Trophy.

Kienu Santa Lucia li fetħu l-iskor fis-seba’ minuta meta Francisco Farias Rodrigues għadda tajjeb lejn ROBERT HEHENDOSH li permezz ta’ xutt minn ġol-kaxxa tefa’ ġewwa.

Floriana wieġbu mal-kwarta logħob u kienu sfortunati li ma ġabux l-iskor indaqs meta Lorenzo De Grazia bit-takkuna għadda tajjeb lejn Mattia Veselli li kellu x-xutt mill-ewwel tiegħu jaħbat mal-lasta.

Santa Lucia reġgħu ħolqu l-periklu fit-42 minuta permezz ta’ freekick insidjuż ta’ Miguel Angel Alba li ġie mdawwar f’corner bi bravura mill-goalkeeper Bulgaru ta’ Floriana, Georgi Kitanov.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Floriana ħarġu ferm aggressivi fit-tentattiv ovvju li jġibu l-iskor indaqs u fit-48 minuta Mattia Veslji kellu xutt minn ġol-kaxxa li ġie salvat bi bravura mill-goalkeeper tal-Luċjani, Matthew Calleja Cremona.

Huma komplew fuq l-offenisva u fit-62 minuta, xutt ta’ Jan Busuttil, minn pożizzjoni ideali għadda għoli.

Santa Lucia wieġbu ħames minuti wara permezz ta’ xutt minn barra l-kaxxa ta’ Yevhenni Terzi li iżda għadda barra.

Floriana kienu għoddhom ġabu l-iskor indaqs fil-ħin miżjud meta xutt minn barra l-kaxxa ta’ James Scicluna ġie mdawwar f’cornner bi bravura mill-goalkeeper tal-Luċjani, Matthew Calleja Cremona.

Floriana: 33-Georgi Kitaov, 2-Adam Magri Overend (11-James Scicluna 68), 4-Oualid El Hasni, 7-Mattia Veselji (20-Matias Nicolas Garcia 76), 8-Kemar Reid, 10-Jose Ulise Arias (9-Andrei Ciolacu 76), 17-Owen Spiteri (77-Aleandro Garzia 68), 24-Lorenzo De Grazia, 25-Lorenzo Trillo, 28-Emiliano Callegari, 30-Jan Busuttil (22-Kyrian Nwoko 86) Coach: Gianluca Atzori

Santa Lucia: 1-Matthew Calleja Cremona, 3-Lorenzo Yoel Fonseca Soares, 6-Nicholas Pulis, 8-Robert Bairan (22-Jamie Zerafa 81), 9-Robert Henedosh (27-Miguel Angel Alba 40), 10-Ayad Liam Blie Bi Bah, 11-Jan Tanti (28-Yebhenli Terzi 66), 14-Dexter Xuereb, 17-Jurgen Pisani, 20-Francisco Farias Rodrigues, 24-Rodolfo Soares Coach: Vincenzo Potenza

Referee: Alex Johnson

Ass. Referees: Mithell Scerri, Mark Ciantar

Raba’ Uffiċjal: Trustin Farrugia Cann

Skorers: R. Hehendosh 7 (SL)

Ammoniti: M. Veselji, E. Callegari (F), L. Y. Fonseca Soares, A. L. Blie Bi Bah, N. Pulis, M. Calleja Cremona (SL)

Sport