Arsenal jistgħu jiffirmaw lil Georginio Wijnaldum mingħand Paris Saint-Germain bi ftehim ta’ self.
Il-midfielder ffirma biss għall-club Franċiż fis-sajf, u b’hekk temm iż-żmien tiegħu fl-Ingilterra fejn kien jilgħab ma’ Liverpool.
PSG ikunu lesti li jħallu lil Wijnaldum iħalli lill-club b’self f’Jannar sal-aħħar tal-istaġun, bil-player ikun miftuħ għal dan ukoll.
L-Olandiż jinsab kuntent li jagħmel ritorn fil-Premier League u Arsenal huma rrappurtati l-club huma intrigati fil-prospett li jiffirmawh.
S’issa dan l-istaġun Wijnaldum deher 14-il darba fil-Ligue 1, skurja gowl wieħed, filwaqt li lagħab f’ħames partiti taċ-Champions League.
PSG bħalissa jinsabu fil-quċċata tad-diviżjoni tagħhom, intant Arsenal isibu ruħhom fis-seba’ post hekk kif jinsabu erba’ punti ‘l bogħod mill-ewwel erbgħa fi ħdan il-klassifika tal-Premier League.